• L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Patri Alexander Borg O.F.M. bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor, tas-Sliema.

    Patri Alex Borg twieled fis-16 ta’ Ottubru 1955. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fil-Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira u l-edukazzjoni sekondarja fis-Seminarju Minuri, il-Furjana.

    Għamel il-professjoni solenni mal-Ordni tal-Patrijiet Franġiskani Minuri nhar il-5 ta’ Settembru 1975 u kompla l-istudji tiegħu r-Rabat, f’Assisi u f’Bologna.

    Patri Alex ġie ordnat saċerdot fl-10 ta’ Lulju 1983. Huwa serva fil-komunitajiet ta’ Birkirkara, tas-Sliema, ir-Rabat u l-Belt Valletta. Għal dawn l-aħħar snin kien viċi-kappillan fl-istess parroċċa.

    Il-parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor, tas-Sliema, tiġbor fiha madwar 3,860 persuna f’1,467 familja.