• New Parish Priest for Mgarr

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Emmanuel Camilleri bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Marija, l-Imġarr.
    Dun Emmanuel twieled fit-28 ta’ Ottubru 1961. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ St Monica, l-Mosta, l-edukazzjoni sekondarja f’Savio College, Ħad-Dingli u fil-Kulleġġ Stella Maris (6th Form) l-Gżira. Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija), fl-Università ta’ Malta.
    Ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1994 u nħatar viċi-kappillan fil-parroċċa ta’ Ħ’Attard u wara fil-parroċċa tal-Mellieħa. Fl-2002 inħatar kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara, u fl-2006 kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġużepp, l-Imsida. Matul dawn l-aħħar sentejn, kien qed jagħti servizz pastorali fi skejjel sekondarji tal-Istat u fil-parroċċa tal-Ibraġ.
    Il-parroċċa tal-Imġarr tiġbor fiha madwar 3,900 persuna f’900 familja.