It-Tlieta 20 ta’ Novembru 2012, bdew iċ-ċelebrazzjonijiet għall-Ordinazzjoni Episkopali tal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna fejn illum f’Ħal Qormi San Bastjan fil-5.30pm saret it-tifkira tas-Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija.

Fil- 5.30 p.m. saret laqgħa mat-tfal tal-parroċċa u wara saret ċelebrazzjoni li fiha sar it-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija. Fis-6.30 p.m. saret quddiesa votiva tal-Ispirtu s-Santu. F’din il-Quddiesa saret it-tifkira tal-għoti tas-Sagrament tal-Konfermazzjoni.

Mons. Charles J. Scicluna trabba fil-Parroċċa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi sakemm kellu 17-il sena.

Click on the photos to enlarge. These photos of  Mgr Scicluna may be purchased from NOEL Photo Studio, Qormi. Email: [email protected].