Għeżież,

Xtaqt nibda billi nirriflettu ftit fuq din il-mistoqsija.

X’inhu l-Valur ta’ din il-laqgħa?  Kif qed nifhimha jien … jiena kkonsidrajtha li bħalma nagħmlu s-soltu aħna nkunu l-ħin kollu meħudin f’affarijiet li huma konkreti fil-mument. Dan huwa l-mument fejn aħna ltqajna flimkien, ħadna nifs, mhux affarijiet konkreti u erġajna għal dawk li huma l-prinċipji li minnhom joħroġ din ir-realta tax-xogħol li hija ċentrali fis-soċjeta li qegħdin ngħixu fiha.

Jiena dejjem ngħid anke x’inhu r-rwol tal-Knisja; nirringrazzjakom għax kien  hemm żewġ suġġerimenti li jiena se neħodhom ħafna, ħafna bis-serjeta; dejjem nara kif se nwettaqhom fil-kuntest ta’ dak kollu li hi l-Knisja imma naħseb li l-Knisja, allanqas jien dejjem nipprova ngħid hekk: il-Knisja mhijiex hemmhekk biex tipprovdi soluzzjonijiet. Il-Knisja qiegħda hemmhekk biex tipproponi l-prinċipji fundamentali, imbagħad iridu  jkunu l-individwi li huma motivati minn dawn il-prinċipji li mbagħad iridu jwettquhom fil-kompetenza propja tagħhom.

Allura f’dan il-kuntest xtaqt li naqsam magħkom daqsxejn ta’ ħsibijiet.

L-ewwel se naqra tliet kwotazzjonijiet mill-Laborem Exercens – id-duttrina soċjali tal-Knisja – imbagħad nagħmel riflessjonijiet fl’aħħar.

Fl-intoduzzjoni tal-Laborem Exercens : l-unions huma dawk li jmexxu ’l quddiem l-isforz għal ġustizzja soċjali għad-drittijiet tal-ħaddiem fil-professjoni partikolari tagħhom.

  1. minn n. 20: Din it-taqtiegħa (struggle) għandha tidher bħala sforz normali għat-tajjeb ġust, jiġifieri on going, mhux taqtiegħa kontra oħrajn;
  2. ukoll minn n. 20:  Ir-rwol speċifiku tagħhom, tal-unions, li hu li tista’ tassigura d-drittijiet ġusti tal-ħaddiema fil-kuntest tal-ġid komuni tas-soċjeta kollha;
  3. minn n. 10:  ix-xogħol huwa fondazzjoni għall-formazzjoni tal-ħajja tal-familja li hija dritt naturali u xi ħaġa li l-bniedem huwa msejjah għaliha.

 

Dawn huma l-modi kif il-Knisja illum qed titkellem fir-realta tax-xogħol u trade unions.

Min fejn beda dan?  U jien se mmur daqsxejn għal dik li hija għalija fundamentali, li hija l-istorja tal-Ġenesi. U fl-istorja tal-Ġenesi għandna fil-ħolqien, tliet affarijiet li allaħares ninsew xi ħaġa minnhom għax inkella nkunu qed nonqsu.

  1. Għandna l-ħolqien bħala ideal li huma fiż-żewġ kapitli tal-Ġenesi u hemmhekk għandna ċ-ċentralita tal-bniedem li huwa maqgħud mad-dinjita tal-bniedem u responsabbilta lejn il-ħolqien tad-dritt tax-xogħol.   Għandek episodju ħelu ħafna f’kapitlu 2 fejn jgħid li Alla ma kienx għadu għamel ix-xtieli għax kien għadu m’hemmx bniedem biex jagħmilhom. Jiġifieri fil-ħolqien mhux għamel kollox Alla, imma ried mill-bidunett li permezz tax-xogħol ikun hemm din il-kooperazzjoni. Naħseb li huwa importanti li qiesu fil-bidu madwar din iċ-ċentralita tad-dinjita tal-bniedem bħala xogħol hawn żewġ affarijeit li naħseb li huma fundamentali. Huma maqgħudin l-ewwelnett mal-mistrieħ; forsi ma tantx tkellimna hawn, imma din hi xi ħaġa li bil-mod il-mod tajjeb li nitkellmuha… semmejna lill-anzjani fejn ma kienx ikollhom ċans li huma jkunu jistgħu jistrieħu, imma fir-realta tax-xogħol u l-mistrieħ iridu neħduha fil-konsiderazzjoni.
  2. It-tieni ħaġa maqgħuda magħha hija r-realta tal-familja għaliex qiesu fil-bidu ir-realta tal-bniedem ma ħallihx bniedem maqtugħ, imma bniedem fil-kuntest tad-dinjita ta’ raġel u mara imbagħad hija xi ħaġa ta’ familja fuq kollox.  Nafu li l-familja hija ċentrali għall-well being tal-persuni; persuna sħiha fiċ-ċentralita tal-familja mhijiex il-familja imma hija l-bniedem li hemm fil-familja.   It-tieni aspett: Fil-Kapitlu 3 tal-Ġenesi hemmhekk għandna realta differenti. Din id-darba reġa għandek il-bniedem imma f’kundizzjoni li hija differenti, kundizzjoni li issa li daħal id-dnub ġewwa fih, għandek l-egoizmu fija u fik. Il-fatt li tiġi ppreżentata propju f’dan id-dawl li allura inti se jkollok taħdem  “bil-għaraq ta’ ġbinek”. Allura fil-kuntest tat-tbatija tal-familja, imħabba tal-mara, it-tieni realta irridu naraw li dak l-ewwel ideal mingħajr ma ninsewh, aħna rridu ngħixu fil-kuntest ta’ dik it-tbatija li  hawn hawnhekk.
  3. Ir-rwol ta’ Ġesu x’kien? Hu qal ħa mmur ngħix f’soċjeta li hija diffiċli u ngħidilhom kif għandhom jgħixu. Kien hemm is-sinjur tkellem fuq komunjoni, imma mhux komunjoni biss. Ġesu qalilna kif se tasal għal komunjoni, per eżempju is-solidarjeta, maħfra, li ċċedi kultant.

Dawn huma l-aspetti li naħseb li huma ċentrali f’dak li qed nagħmlu hawnhekk.

Allura f’dan il-kuntest, x’inhu r-rwol tal-unions?

  1. naħseb irid ikun hemm il-formazzjoni għal din id-dinjita tal-bniedem. Naħseb li meta qed nitkellmu fuq ir-relazzjonijiet tax-xogħlijiet kemm min iħaddem, kemm min jaħdem, qed inpoġġiha mall-ewwel fuq xi ħaġa prattika mingħajr ma aħna nifhmu d-dinjita li aħna qed nagħmlu xi ħaġa flimkien.
  2. Fil-kuntest tat-tieni realta li hija r-realta li hawn it-tbatija, ir-rwol tal-unions huwa propju fil-kumplessita tas-soċjeta li qed ngħixu fiha, naraw dik il-kelma: “bil-għaraq ta’ ġbinek” fejn tinsab u aħna rridu nsibuha u naraw kif se ngħinu lil bnedmin biex dak l-għaraq ta’ ġbinek ntaffuhulu.  Hekk nippruvaw nilħqu dik id-dinjita li kien hemm fil-bidu.
  3. Importanti ħafna is-soċjeta.  Allura issa l-istruttura tas-soċjeta kumplessa li qed ngħixu fiha mingħajr ma ninsew l-ewwel żewġ prinċipji ta’ qabel. Is-sussidjarjeta hija importanti għaliex irid ikun  hemm gruppi li jaraw fil-kuntest totali imma dik li hija l-aspett differenti tal-ħaddiem, ta’ min iħaddem mingħajr ma jinqata’ minn dawk l-ewwel żewġ realtajiet li kien hemm.

Forsi allura l-attivita li intom ilkoll, unions illum – jien ħsibtu se jkun hemm trade unions imbagħad kellna anke l-unions ta’ min iħaddem – iridu jkunu fil-kuntest ta’ dawn it-tlett affarijiet fl’attivita li tridu tagħmlu b’ħafna ġid.

L-ewwelnett naħseb irid ikun hemm qari tar-realta soċjali li qegħdin ngħixu fiha, realta lokali, globali minn kull naħa.

Irid ikun hemm ukoll qari tar-realta skont li hemm fil-Ġenesi, tar-realta tal-familja fil-kuntest ta’ dawk li qed tieħdu ħsiebhom, per eżempju jekk għandek lil min iħaddem. Kien hemm xi ħadd, professjonista, beda jgħidli bit-toqol tal-familja. Għidtlu imma hemm toqol differenti fil-familja, allura kieku kull wieħed jara t-toqol tal-familja fil-kuntest tal-ħaddiema li huwa qiegħed jirrapreżenta, inkunu qed nagħmlu ġid kbir.

It-tielet ħaġa naħseb li l-unions iridu jkunu b’mod speċjali esperti fir-realta tal-ħajja tal-bniedem sħih, imma fil-kuntest ta’ dak li huwa rapreżentanza ta’ min iħaddem.

Naħseb li b’dawn it-tlett realtajiet forsi ntaffu daqsxejn it-tentazzjoni li ninqatgħu minn fejn bdejna u naraw biss  – allura tkun forsi daqsxejn kultant limitata – il-problemi konkreti li jkollna quddiemna, u ma jirnexxilniex nerfgħu r-realta sħiha ta’ din id-dinja li hija bbażata fuq il-ħidma lejn Alla u l-bniedem li flimkien jikkooperaw għal dinja u umanita aħjar.

+Pawlu Cremona O.P.

  Arċisqof ta’ Malta