• Fl-1 ta’ Mejju ser issir l-aħħar laqgħa minn sensiela ta’ Missjonijiet li saru f’diversi lokalitajiet madwar Malta.  Hawn il-knisja ħarġet ixxandar l-aħbar tajba f’dan iż-żmien tal-Għid. 
      Nhar il-Ħadd li ġej, fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, G’Mangia u Msida, il-Mixja Neo Katekuminali ser tagħmel laqgħa li tinkludi katekeżi fuq il-knisja u l-esperjenza tiegħek fil-knisja.  Il-Mixja qiegħda wkoll tistieden lil kull min jixtieq ikun parti minn komunita’ Nisranija biex jiġi jisma’.
      Missjonijiet oħra saru u ser iseħħu f’Għawdex, Ħal Balzan, Żabbar u Ta’ Qali.