L-Arċisqof Chares J. Scicluna qed jistieden għal ċelebrazzjoni tal‑Quddiesa lill‑koppji li żżewġu fl‑2019 u lill‑koppji għarajjes li ser jiżżewġu matul l‑2020.
Il‑Quddiesa għall‑għarajjes li ser jiżżewġu din is‑sena ser issir ghada s‑Sibt, 4 ta’ Jannar, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fil‑5:30 p.m.
Il‑Quddiesa għall-koppji li ngħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ is-sena li għaddiet ser issir is‑Sibt, 11 ta’ Jannar, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fil‑5:30 p.m.
Iż‑żewġ ċelebrazzjonijiet huma organizzati mill-Moviment ta’ Kana u ser jitmexxew minn Mons. Arċisqof li wara l‑Quddies ser jiltaqa’ mal‑koppji.