L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jawguraw lill-Isqof Mario Grech, tal-ħatra tiegħu mill-Papa Franġisku bħala kardinal. L-Arċisqof Charles Jude Scicluna, l-Isqof Anton Teuma u l-Isqof Joseph Galea-Curmi, jifirħu lid-Djoċesi ta’ Għawdex u l-familja tal-Kardinal-elett, ta’ din l-ewwel ħatra ta’ kardinal Għawdxi. Huma jwegħduh it-talb tagħhom biex ikompli jaqdi l-Knisja Universali skont ir-rieda ta’ Alla.
✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta
President tal‑Konferenza Episkopali Maltija
✠ Anton Teuma
Isqof ta’ Għawdex
✠ Joseph Galea‑Curmi
Isqof Awżiljarju ta’ Malta