Matul is-sena li għaddiet, il-Knisja f’Malta kienet tħaddem magħha ftit iktar minn 1,100 persuna, bi spiża ta madwar €12-il miljun f’pagi. Dawn barra l-madwar 1,400 għalliem oħra fl-iskejjel tagħha, li madankollu jirċievu s-salarju tagħhom mill-Istat, skont il-ftehim li kien sar bejn l-Istat Malti u s-Santa Sede f’Novembru 1991. Dawn iċ-ċifri jpoġġu lill-Knisja f’Malta fost l-ikbar employers fil-pajjiż.
Ċifri mgħoddija lil IL-ĠENSillum juru li fi tmien is-sena li għaddiet, il-Knisja kienet tħaddem magħha 1,115-il persuna. Il-maġġoranza kbira ta’ dawn, jiġifieri 667 impjegat, kienu impjegati fuq livell full-time.
Biex tkun taf aktar dwar din l-istorja, żur is-sit www.mediacentre.org.mt