Illejla, l-24 ta’ Diċembru, fil-10:45pm jibda l-uffiċċju tal-qari li matulu ssir il-prietka tat-tfal, kif ukoll programm ta’ għanjiet tal-Milied. F’nofsillejl l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Iċ-ċelebrazzjoni tixxandar live fuq TVM.

Għada, il-25 ta’ Diċembru, l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fil-11:00am.