Il-Ħadd 5 ta’ Jannar, l-Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, jiċċelebra Quddiesa tal-Epifanija li matulha jitħabbru l-festi tal-Mulej għas-sena 2020 u jilqa’ żewġ seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-quddiesa tibda fid-9:15am.