L-Uffiċċju għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja se jtella’ l-polza tal-għażla ta-Form 1 bniet u subien. Tal-bniet tibda fid-9:30am. Tas-Subien fl-10:15am jew eżatt wara li tispiċċa tal-bniet.

Il-poloz se jixxandru live fuq www.knisja.mt minn ġo studio mingħajr il-preżenza tal-ġenituri u bl-inqas nies possibbli, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Matul it-tlugħ tal-poloz ser ikun preżenti nutar. Il-filmati tal-poloz jibqgħu aċċessibbli online anki wara li tispiċċa x-xandira tagħhom. Ir-riżultati tal-poloz jittellgħu online l-għada ta’ kull polza, fuq il‑paġna tal‑Iskejjel tal‑Knisja li tinsab fuq din il‑website.