Matul ix‑xahar ta’ Awwissu, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l-quddies f’dawn il-ġranet:
Il-Ħamis 1 ta’ Awwissu, fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-50 anniversarju mill-ordinazzjoni ta’ Dun Saverin Cutajar u Dun Karm Tanti fil-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur f’Ħal Lija.
Il-Ħadd 4 ta’ Awwissu, fid-9:15am, l-Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-festa ta’ San Duminku fil-Bażilika ta’ Sidtna Marija tal-Porto Salvu u ta’ San Duminku fil-Belt Valletta.
It-Tlieta 6 ta’ Awwissu, fid-9:15am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej, fil-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur f’Ħal Lija.
Il-Ħamis 8 ta’ Awwissu, fis-6:30pm l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-antiviġilja ta’ San Lawrenz fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz fil-Birgu.
Il-Ħadd 11 ta’ Awwissu, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-kappella fir-residenza tal-anzjani ‘Dar tal-Madonna tal-Mellieħa’ fil-Mellieħa, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u radju RTK 103. Fis-6:30pm jiċċelebra quddiesa fil-25 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Franġisk fil-Qawra.
L-Erbgħa 14 ta’ Awwissu, fil-5:15pm, l-Arċisqof imexxi t-traslazzjoni tar-relikwa u l-Ewwel Għasar solenni, u wara jiċċelebra quddiesa tal-vġili fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. Qabel il-quddiesa jingħad ir-rużarju mil-Leġjun ta’ Marija.
Il-Ħamis 15 ta’ Awwissu, fid-9:15am, l-Arċisqof imexxi pontifikal fil-festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema, fil-Bażilika Minuri fil-Mosta, li jixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u radju RTK 103.
Is-Sibt 17 ta’ Awwissu, fis-7:15pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il-100 sena ta’ Bro Edward Galea FSC, fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar.
Il-Ħadd 18 ta’ Awwissu, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużuepp fil-Manikata, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u radju RTK 103. Fit-8pm jiġi akkumpanjat mill-Kapitlu tal-Kolleġjata Elenjana fir-repożizzjoni tar-relikwa ta’ Santa Elena u wara jagħti l-Barka Sagramentali fil-Bażilika ta’ Santa Elena f’Birkirkara.
It-Tlieta 20 ta’ Awwissu, fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-50 anniversarju mill-mewt tal-Isqof Emmanuel Galea fil-Kappella tal-Istitut ta’ Ġesù Nazzarenu fiż-Żejtun.
Is-Sibt 24 ta’ Awwissu, fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Blake Camilleri bħala l-kappillan il-ġdid tal-Imqabba.
Il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Bambina fin-Naxxar.