
Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM+, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet:
Il‑Ġimgħa 1 ta’ Mejju, fid-9:30am, L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa bis-sehem tal-Għaqda Nazzjonali tal-Abbatini fil-kappella tas-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, ir-Rabat.
Is-Sibt 2 ta’ Mejju, fid-9:30am,l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jordna djakni lil tliet reliġjużi: Fra Mauro Zammit OFM Konv; Bro. Matthew Alfino SDB u Bro Raphael Axisa SDB fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Il-Ħadd 3 ta’ Mejju, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-ħames Ħadd tal-Għid fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija fil-Qrendi.




