Ritratt: l-Arċidjoċesi ta’ Malta: Ian Noel Pace

Matul ix‑xahar ta’ Diċembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt jixxandar ir-rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet:

It-Tnejn, 1 ta’ Diċembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr mal-gradwati ġodda tal-Akkademja IDEA College, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Is-Sibt, 6 ta’ Diċembru, fil-11:00am, l-Arċisqof jieħu sehem fil-Liturġija Divina fil-Knisja ta’ San Nikola fil-Belt Valletta.

Il-Ħadd, 7 ta’ Diċembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fit-tieni Ħadd tal-Avvent fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina Verġni u Martri  fiż-Żurrieq. Fl-4:30pm jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lill-adolexxenti fil-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur f’Ħal Lija.

It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, Solennità tat-tnissil bla tebgħa ta’ Ommna Marija Santissima fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jilqa’ uffiċjalment tliet seminaristi bħala kandidati għall-ordni sagri, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fit-tielet Ħadd tal-Avvent fil-Kolleġġjata Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat.

Il-Ġimgħa, 19 ta’ Diċembru, fis-6pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni U, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju fil-Furjana.

Il-Ħadd, 21 ta’ Diċembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fir-raba’ Ħadd tal-Avvent, fil-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa.

L-Erbgħa 24 ta’ Diċembru, fil-5:15pm,l-Arċisqof jattendi għall-ewwel Għasar u jiċċelebra quddiesa tal-Vġili tal-Milied fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Fil-11:15pm l-Arċisqof imexxi l‑Uffiċċju tal‑Qari bil‑prietka tat‑tifel fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina. F’nofsillejl, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Il-Ħamis, 25 ta’ Diċembru, fid-9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra pontifikal fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina.

Il-Ħadd, 28 ta’ Diċembru, fil-5:00  l-Arċisqof  sa jbierek qanqiena fil-Knisja ta’ Santa Marija  ta’ Doni, ir-Rabat. Fis-6pm l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-għeluq tal-Ġublew tat-Tama fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina.

L-Erbgħa, 31 ta’ Diċembru, fis-5:45pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fi tmiemha jitkanta t-Te Deum b’radd ta’ ħajr lil Alla għas-sena li tkun waslet biex tintemm, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta.