Matul ix‑xahar ta’ April, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:

L-Erbgħa 3 ta’ April, fid‑9:30am, l-Arċisqof imexxi l-pellegrinaġġ ta’ San Girgor fiż-Żejtun. Il-pellegrinaġġ jibda mill-Kappella ta’ San Klement u, wara waqfa qasira ta’ talb fil-Knisja Arċipretali, jibqa’ sejjer sal-Knisja ta’ San Girgor.

Il‑Ħamis 4 ta’ April, fl-10:00am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa solenni tal‑inawgurazzjoni tal-President Miriam Spiteri Debono fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, li tixxandar fuq TVM.

Is‑Sibt 13 ta’ April, fid‑9:30am, l-Arċisqof imexxi quddiesa bl-ordinazzjoni ta’ erba’ djakni, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħadd 14 ta’ April, fid‑9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fil-festa ta’ San Publiju fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju fil-Furjana.

Is‑Sibt 20 ta’ April, fid‑9:30am, l-Arċisqof imexxi quddiesa bl-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta, li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħadd 21 ta’ April, f’Jum il-Vokazzjonijiet fid‑9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Virtù. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103.

It-Tlieta 23 ta’ April, fid-9:30am l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ ringrazzjament flimkien mas‑saċerdoti novelli fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il-Ġimgħa 26 ta’ April, fid-9:00am l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-istudenti tas-Seminarju Minuri f’Tal-Virtù.

Il‑Ħadd 28 ta’ April, fid‑9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-Kappella tal-Annunzjata fiċ-Ċentru ta’ Evanġelizzazzjoni u Formazzjoni fil-Furjana. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.