Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din tiġi mtennija fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ġimgħa l‑1 ta’ Jannar 2021, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tal‑Imqaddsa Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ħadd 3 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa
tal‑Epifanija li matulha jitħabbru l‑festi tal‑Mulej għas‑sena 2021 u jagħti l‑Ministeru
tal‑Lettorat lil tliet seminaristi u l‑Ministeru tal‑Akkolitat lil żewġ seminaristi, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM2. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr f’għeluq il‑100 anniversarju mill‑għoti tat‑titlu ta’ Bażilika Minuri lill‑Knisja Parrokkjali ta’ Marija Bambina, l‑Isla.

It‑Tlieta 12 ta’ Jannar, fil‑11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Servizz Ekumeniku fil‑Kappella
tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana.

Is‑Sibt 23 ta’ Jannar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi traslazzjoni u t‑talba tal‑Ewwel Għasar u wara jiċċelebra quddiesa lejlet il‑festa tal‑Konverżjoni tal‑Appostlu Missierna San Pawl, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.

Il‑Ħadd 24 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni tal‑Konverżjoni tal‑Appostlu Missierna San Pawl, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM2.

It‑Tnejn 25 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑kappella
taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù, u wara jbierek il‑librerija tal‑iskola. Din tixxandar fuq TVM2.