Balluta

L-Għaqda tal-Armar Madonna tal-Karmnu se ttella’ wirja bit-tema Kif Għamilt Jien għamlu intom ukoll fil-maħżen tal-armar, maġenb il-Knisja parrokkjali mis-Sibt 9 ta’ April. L-esebizzjoni tkun miftuħa hekk: matul il-ġimgħa mill-5pm sad-ppm; Sibtijiet u Ħdud mit-8am sas-1pm u mill-5pm sad-9pm; Ħamis ix-Xirka (21 t’April) mill-5pm sa 12am; Ġimgħa l-Kbira (22 t’ April) mid-9am sas-1pm. Dħul b’xejn.

Balzan

Il-Każin tal-Banda San Gabriel se jtella’ wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa bit-tema mill-Aħħar Ċena sal-Qawmien li tinkludi minjatura tat-triq tas-Salib bi statwi mdaqqsin tal-ġrajja tal-Passjoni, xogħol artistiku maħdum mill-ismid, għaġin u ross, sett ta’ vari żgħar eċċIl-wirja se tinfetaħ mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP nhar it-Tlieta 12 ta’ April fis-7.30pm b’tifkira għall-mibki isqof Malti ta’ Sandhurst (fl-Awstralja) Joe A. Grech D.D. li twieled f’din il-lokalità. Miet f’Diċembru li għadda fl-età ta’ 62 sena. Mons Grech kien l-Isqof tad-Djoċesi ta’ Sandhurst, Victoria l-Awstralja. L-esebizzjoni tkun miftuħa hekk: matul il-ġimgħa mis-6pm sal-10pm; Sibtijiet u Ħdud mid-9am sa 12pm u mill-5pm sal-10pm; Ħamis ix-Xirka (21 t’April) mill-5pm san-12.30am; Ġimgħa l-Kbira (22 t’April) mit-8am sa 12pm u mill-5pm sad-9pm. Dħul b’xejn. Info:www.stgabrielbandclub.com.

Birkirkara

L-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem se ttella’ l-wirja annwali tal-Ġimgħa Mqaddsa bit-tema Eloi Eloi Lema Sabaqtani li tinkludi ċenaklu fuq stil Lhudi, għadd ta’ settijiet ta’ statwi tal-Ġimgħa l-Kbira, mudell ta’ Golgota b’aktar minn mitt statwa, mudell kbir ta’ knisja armata bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira, platti bis-smid, ross, għagin u ċana, kif ukoll diversi oggetti sagri, kwadri u simboli ohra konnessi mal-Gimgħa l-Kbira kif ukoll korp antik ta’ Kristu Mejjet, stmat li għandu ‘l fuq minn 250 sena. Il-wirja se tinfetaħ uffiċjalment nhar il-Hadd 10 t’April fl-10am. L-esebizzjoni tkun miftuħa hekk: matul il-ġimgħa mid-9am sa 12pm u mill-4pm sad-9pm; Ħamis ix-Xirka (21 t’April) mid-9amsa 12pm u mill-4pm sa 12am; Ġimgħa l-Kbira (22 t’ April) mid-9am sas-1pm u mill-6pm sal-5.30pm. Dħul b’xejn. Info: www.wirjasgħ.webs.com.

L-Għaqda Armar Sant’ Elena se ttella’ wirja ta’ statwi lifesize u oħrajn f’minjatura, xogħol artistiku fis-smid, ross u għagin, sett statwi li jirrappreżentaw episodji mill-ħajja ta’ Ġesù, arti sagra, Sepulkru armat, u affarijiet oħra bit-tema “Redemptor Hominis” f’Nru 71, Circolo San Ġwakkin, Triq il-Kbira. L-esebizzjoni tkun miftuħa hekk: matul il-ġimgħa mill-5pm sad-9pm, Sibtijiet u Ħdud mid-9.30am sa 12pm, u mill-5pm sad-9pm; Ħamis ix-Xirka (21 t’April) mid-9am sa12.30pm u mill-5pm sa 11pm; Ġimgħa l-Kbira (22 t’April) mid-9am sas-12.30pm. Tiftaħ fit-12 ta’ April. Dħul b’xejn.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com