Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Katisral ser jiġu mmexxija mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali Mons. Charles J. Scicluna. Iċ-ċelebrazzjonijiet se jsiru kif ġej:

Ħamis-ix-Xirka, 28 ta’ Marzu

.

06.30pm – Konċelebrazzjoni bil-ħasil tar-riġlejn u purċissjoni bis-Sagrament għall-Artal tar-Repożizzjoni.

08.00pm – Jibdew il-Viżti.

10.00pm – Siegħa Adorazzjoni organiżżata mill-Parroċċa.

Il-Ġimgha l-Kbira, 29 ta’ Marzu

.

08.30am – Liturġija tas-Sigħat quddiem l-Artal tar-Repożizzjoni.

03.30pm – Tifkira solenni tal-mewt ta’ Ġesù bil-qari tal-Passjoni skont San Ġwann, bl-adorazzjoni tas-Salib u bit-tqarbin.

Is-Sibt Imqaddes tal-Għid, 30 ta’ Marzu

.

08.30am – Liturġija tas-Sigħat.

08.00pm – Ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid bit-tberik tan-nar u t-tħabbira tal-Għid, il-qari ta’ disa’ lezzjonijiet, it-tberik tal-ilma bit-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija u Liturġija Ewkaristika.

Ħadd-il-Għid tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet, 31 ta’ Marzu

.

09.00am – Lawdi kantat u Terza.

09.30am – Konċelebrazzjoni solenni.

11.00am – Quddiesa tal-ħin.

05.00pm – Għasar kantat.

06.00pm – Quddiesa tal-ħin.