F’Jum il-Milied il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana laqgħat madwar 600 persuna u 90 voluntier għall-ikla annwali tal-Milied. L-ikla, li ġiet organizzata minn Caritas Malta għall-ħames sena konsekuttiva, għandha l-għan li tiġbor flimkien persuni li kieku jqattgħu l-Milied weħidhom. Din is-sena l-ikla kienet miftuħa wkoll għal dawk li qegħdin jgħixu f’sitwazzjonijiet diffiċli u mhux qed ikollhom biżżejjed flus biex ilaħħqu mal-ispejjeż tal-ħajja.

L-Arċisqof żar lil dawk preżenti u awguralhom l-isbaħ xewqat.

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-voluntiera waqt l-ikla tal-Milied

Agħfas hawn biex tara l-preparamenti għall-ikla tal-Milied.