The Season of Lent
25/02/2020Ritratt: Vatican Media
Għada l‑Erbgħa, 26 ta’ Frar 2020, il‑Knisja tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku fostna f’Pentekoste, din is-sena l-Isqfijiet qed iħeġġu lill-Insara biex jirriflettu wkoll fuq it-tagħlim tal-Papa, b’mod partikolari fuq l-ewwel Eżortazzjoni Appostolika tiegħu ‘Evangelii Gaudium’ (Il-Ferħ tal-Evanġelju). Din l-eżortazzjoni tfakkarna li l-ferħ veru jinstab fil-laqgħa ma’ Kristu Rxoxt, li jfejjaq minn kull xorta ta’ mard personali u fil-komunitajiet tagħna, u għalhekk dawk li jduqu mill-fejqan u l-ferħ tiegħu jimtlew bil-ħeġġa biex ixandruh ma’ kulħadd… Read more »












