Press Releases

A new Church-run shelter for women victims and their children

An investment of one million euro by the Archdiocese of Malta

Il‑Knisja f’Malta inawgurat ix‑xelter ‘Il‑Milja’ għal nisa li esperjenzaw vjolenza u għal uliedhom. Ix‑xelter, li se jkun immexxi mill‑Knisja permezz ta’ Fondazzjoni Sebħ, se jilqa’ nisa li għaddew minn abbuż jew vjolenza, fosthom vittmi ta’ vjolenza domestika, traffikar tal‑bnedmin, prostituzzjoni sfurzata kif ukoll abort sfurzat. Dan ix‑xelter ta’ tieni stadju (second‑stage shelter), li jinkludi 12‑il appartament li ser jilqgħu sa 36 persuna, ġie jiswa lill‑Knisja f’Malta miljun ewro biex il‑binja ġiet immodernizzata u mgħammra apposta għall‑ħtiġijiet tan‑nisa u t‑tfal tagħhom… Read more »

Restored Marsaxlokk pipe organ inaugurated

Ġie inawgurat il‑proġett ta’ restawr u konservazzjoni tal‑orgni (pipe organ) tas‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Pompej f’Marsaxlokk, b’investiment ta’ madwar €47,000 b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, lejlet il-festa tal-Madonna ta’ Pompej. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross,  u l‑Kappillan Dun Luke Seguna.

Permezz ta’ dan il‑proġett ta’ restawr estensiv fit‑teknika tal‑orgni kif ukoll fl‑intonazzjoni tiegħu, il‑ħoss tal‑orgni jista’ jerġa’ jitgawda mill‑Maltin u t‑turisti li jżuru u jattendu għall‑funzjonijiet fil‑knisja, u jgħin lill‑kongregazzjoni fil‑kant u t‑talb… Read more »

Strengthening well-being not substance use

The Secretariat for Catholic Education (SfCE) and the Church Schools’ Association (CSA) have issued a position paper giving feedback to the White Paper “Towards the Strengthening of the Legal Framework on the Responsible Use of Cannabis”. This feedback will now be presented to the Government as part of the consultation process currently underway.

As educators working on a daily basis with thousands of children and youths, the Secretariat for Catholic Education and the Church Schools’ Association feel the responsibility to voice strong reservations about the dangerous path the proposals listed in the White Paper appear to be taking… Read more »

Liturgical celebrations by Archbishop Charles Jude Scicluna in May 2021

Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Read more »

The ordination of four new priests

Il‑Knisja f’Malta se jkollha erba’ saċerdoti ġodda. L‑ordinazzjoni presbiterali mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se ssir nhar is‑Sibt, 8 ta’ Mejju 2021, fid‑9:30 a.m., fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, u se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

L‑erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:

  • Roderick Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun
  • Joshua Cortis mill‑Parroċċa ta’ San Gejtanu, il‑Ħamrun
  • Jean‑Claude Schembri mill‑Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun
  • Mark Scicluna tal‑Ordni tal‑Aħwa Minuri Kapuċċini

Iċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju qed jistieden liż‑żgħażagħ biex jirriflettu dwar il‑possibiltà li Alla qed isejħilhom għal ħajja saċerdotali jew reliġjuża… Read more »

Vocations Day 2021

Nhar il‑Ħadd li ġej, 25 ta’ April 2021, ir‑raba’ Ħadd tal‑Għid, huwa l‑Jum Dinji ta’ Talb għall‑Vokazzjonijiet. Dakinhar l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet fis‑Seminarju, Tal‑Virtù, fid‑9:30 a.m.  Din se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Fil‑quddiesa se jieħdu sehem saċerdoti, reliġjużi rġiel u nisa, u seminaristi li huma responsabbli mill‑ħidma vokazzjonali, kif ukoll żgħażagħ li jieħdu sehem fl‑attivitajiet li jorganizza ċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju tal‑Arċisqof… Read more »

‘Itma u Libbes’ campaign in aid of those in need

Matul ir-Randan, permezz tal‑kampanja ‘Itma’ u Libbes’, inġabru €30,000 f’donazzjonijiet u madwar 45 vann mimlija ħwejjeġ f’kundizzjoni tajba. Dawn ser jgħinu lil persuni li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli fis‑soċjetà.

Il-kampanja ġiet organizzata mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta permezz tat‑Taqsima tad‑Djakonija fil‑Parroċċi ta’ Caritas Malta, flimkien ma’ Newsbook.com.mt u 103 Malta’s Heart fejn ixxandru diversi intervisti dwar ir-realtà tal-faqar.

Id-donazzjonijiet se jintużaw biex jinxtara ikel li jitqassam mill‑kappillani lill‑familji fil‑bżonn fil‑parroċċi tagħhom… Read more »

Charity Day 2021

Għada l‑Ħadd, 18 ta’ April 2021, il‑Knisja f’Malta se tfakkar Jum il‑Karità. L‑għan ta’ dan il‑jum hu li jikber l‑għarfien dwar il‑ħidma li jwettqu fis‑soċjetà l-entitajiet tal‑Knisja mal‑persuni vulnerabbli. Permezz ta’ diversi djar residenzjali u ħidmiet ta’ karità minn professjonisti u voluntiera, il‑Knisja f’Malta tilqa’ u taqdi lil ħutna fil‑bżonn, irrispettivament mir‑razza, kulur tal‑ġilda jew twemmin. Fuq xewqa tal-Arċisqof Charles Scicluna, għada fid-9:30am, il-Quddiesa tal-Ħadd ser tixxandar mill-kappella tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karità (magħrufa bħala s-Sorijiet ta’ Madre Tereża) f’Bormla… Read more »

The celebration of Mass with the community as from this Sunday

Minn nhar il‑Ħadd li ġej, 18 ta’ April 2021, l‑Insara ser ikunu jistgħu jerġgħu jipparteċipaw fil‑quddies fil‑knejjes f’Malta u Għawdex. Dan wara r‑reviżjoni tal‑miżuri li tħabbru mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa l‑ġimgħa li għaddiet.

F’messaġġ fuq il‑media soċjali, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna stieden lil kull min jista’, sabiex il‑Ħadd li ġej jinġabar fil‑knejjes biex jisma’ l‑Kelma ta’ Alla u jirċievi l‑Ewkaristija.

L‑Insara huma mħeġġa jattendu għall‑quddies mal‑komunità filwaqt li jkomplu jħarsu l‑miżuri għall-ħarsien tas-saħħa kif sar qabel… Read more »

Archbishop Emeritus discharged from hospital

L-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. ilbieraħ filgħaxija ħareġ mill-Isptar Mater Dei u jinsab lura fir-residenza tad-Dar tal-Kleru f’Birkirkara. Huwa jirringrazzja lil dawk kollha li talbu għalih f’dawn il-jiem. Read more »