Press Releases

The Archbishop visits the final works at Tal-Ibwar therapeutic centre

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna żar l‑aħħar xogħlijiet li qed isiru fiċ‑ċentru terapewtiku Tal‑Ibwar fis‑Siġġiewi, li se jgħin adolexxenti li għaddejjin minn problema ta’ abbuż ta’ droga. Dan se jitmexxa mill‑Knisja permezz ta’ Caritas Malta filwaqt li ċ‑ċentru u l‑operat se jiġi ffinanzjat mill‑Gvern.

L‑għan ewlieni taċ‑ċentru huwa li jgħin lill‑adolexxenti li bdew imissu mad‑droga billi jipprovdi programm residenzjali għal 14‑il persuna, u servizzi ta’ matul il‑jum ta’ rijabilitazzjoni mid‑droga… Read more »

Directives for the celebration of feasts 2021

Il-Knisja f’Malta qed tippubblika direttivi rigward iċ-ċelebrazzjoni tal-festi għal din is-sena, skont l-istqarrija maħruġa fl-14 ta’ Mejju 2021 fejn intqal li l‑festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l‑bini tal‑Knisja jsiru fil‑ġranet li s-soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il‑miżuri għall‑ħarsien tas‑saħħa indikati mill‑awtoritajiet tas‑saħħa.

Dawn id-direttivi jistipulaw li l-quddies u ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra relatati mal-festa jkunu konformi mad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi u/jew ċiviċi li jkunu fis-seħħ f’dak iż-żmien, li l-istatwa għandha tinħareġ u tiddaħħal lura fin-niċċa b’mod privat, u li l-armar jista’ jsir bħalma s-soltu jsir… Read more »

Live-in for parish priests 2021: The digital presence of parishes

Waqt il‑live‑in annwali tal‑kappillani li sar bejn it‑18 u l‑20 ta’ Mejju 2021, ġiet diskussa l‑preżenza online tal‑parroċċi u l‑potenzjal li toffri l‑media soċjali. Bil‑għajnuna ta’ esperti f’diversi oqsma tal‑media, is‑70 kappillan tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta esploraw inizjattivi li jistgħu jittieħdu sabiex il‑messaġġ tal‑Knisja jilħaq iktar nies fuq il‑media soċjali, inkluż l‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ u dawk li huma għatxana għall‑aħbar it‑tajba. It‑tema tal‑live‑in kienet ‘Knisja li Tisma’, Knisja li Toħroġ’, marbuta mad‑dokument ta’ tiġdid ekkleżjali tal‑arċidjoċesi Knisja Waħda, Vjaġġ WieħedRead more »

New parish priest for St Paul’s Bay parish

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Patri Joseph Mamo, Franġiskan,  bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Marija Addolorata, San Pawl il‑Baħar.

Patri Joseph Mamo twieled fis‑16 ta’ Diċembru 1963 u trabba Birkirkara. Irċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola ta’ Santa Venera u l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Savio, Ħad‑Dingli. Kompla l‑edukazzjoni terzjarja fl‑INSERM, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta u fil‑Kulleġġ Sant’Antonio Dottore f’Padova l‑Italja.

Huwa kien ordnat saċerdot fil‑5 ta’ Lulju 1991 u matul is-snin serva bħala Segretarju Provinċjali tal‑Franġiskani Konventwali, Gwardjan u Rettur tal‑istudenti fil‑kunvent ta’ San Franġisk Birkirkara, Kappillan tal‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar, Kappillan tal‑Parroċċa ta’ Burmarrad, Viċi Kappillan tal‑Parroċċa tal‑Qawra u Ekonomu Provinċjali… Read more »

The Church in Malta’s position on village feasts 2021

Matul din is‑sena 2021, il‑festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l‑bini tal‑knisja jsiru fil‑ġranet li soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il‑miżuri indikati mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa għall‑ħarsien tas‑saħħa u tal‑ħajja ta’ kulħadd.

Rigward iċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ barra l‑bini tal‑knisja, li normalment jiġu organizzati mill‑Knisja, bħalma huma l‑purċissjonijiet, dawn isiru biss jekk, fejn u meta l‑Awtoritajiet tas‑Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi. Read more »

Building on what is good rather than promoting harmful substances

Statement by MCYN on the Cannabis White Paper

The Malta Catholic Youth Network (MCYN), an entity of the Archdiocese of Malta which works with young people, published a position paper as part of the Government’s consultation process regarding the White Paper “Towards the Strengthening of the Legal Framework on the Responsible Use of Cannabis”.

MCYN, which represents more than a 100 youth groups and which has consistently supported recreational activities which aid the young person’s development and community building, is against the use of any psychoactive and/or harmful substance, whether it be legal or not… Read more »

The ordination of two deacons

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jordna żewġ djakni ġodda nhar is‑Sibt li ġej, 15 ta’ Mejju 2021. Il‑quddiesa se ssir fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar, fid‑9:30 a.m. Din se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Iż‑żewġ seminaristi huma Sean Abela mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat, u Jean Claude Attard mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn.

Permezz ta’ din l‑ordinazzjoni, id‑djakni l‑ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd… Read more »

A new Church-run shelter for women victims and their children

An investment of one million euro by the Archdiocese of Malta

Il‑Knisja f’Malta inawgurat ix‑xelter ‘Il‑Milja’ għal nisa li esperjenzaw vjolenza u għal uliedhom. Ix‑xelter, li se jkun immexxi mill‑Knisja permezz ta’ Fondazzjoni Sebħ, se jilqa’ nisa li għaddew minn abbuż jew vjolenza, fosthom vittmi ta’ vjolenza domestika, traffikar tal‑bnedmin, prostituzzjoni sfurzata kif ukoll abort sfurzat. Dan ix‑xelter ta’ tieni stadju (second‑stage shelter), li jinkludi 12‑il appartament li ser jilqgħu sa 36 persuna, ġie jiswa lill‑Knisja f’Malta miljun ewro biex il‑binja ġiet immodernizzata u mgħammra apposta għall‑ħtiġijiet tan‑nisa u t‑tfal tagħhom… Read more »

Restored Marsaxlokk pipe organ inaugurated

Ġie inawgurat il‑proġett ta’ restawr u konservazzjoni tal‑orgni (pipe organ) tas‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Pompej f’Marsaxlokk, b’investiment ta’ madwar €47,000 b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, lejlet il-festa tal-Madonna ta’ Pompej. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross,  u l‑Kappillan Dun Luke Seguna.

Permezz ta’ dan il‑proġett ta’ restawr estensiv fit‑teknika tal‑orgni kif ukoll fl‑intonazzjoni tiegħu, il‑ħoss tal‑orgni jista’ jerġa’ jitgawda mill‑Maltin u t‑turisti li jżuru u jattendu għall‑funzjonijiet fil‑knisja, u jgħin lill‑kongregazzjoni fil‑kant u t‑talb… Read more »

Strengthening well-being not substance use

The Secretariat for Catholic Education (SfCE) and the Church Schools’ Association (CSA) have issued a position paper giving feedback to the White Paper “Towards the Strengthening of the Legal Framework on the Responsible Use of Cannabis”. This feedback will now be presented to the Government as part of the consultation process currently underway.

As educators working on a daily basis with thousands of children and youths, the Secretariat for Catholic Education and the Church Schools’ Association feel the responsibility to voice strong reservations about the dangerous path the proposals listed in the White Paper appear to be taking… Read more »