THE THIRD EDITION OF THE FESTIVAL FOR PARISH CHOIRS
05/11/2010Il-Kummissjoni Kultura tal-Arċidjoċesi ta’ Malta flimkien mal-Kumitat Organizzativ għall-Festi Ċentinarji tal-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid qegħdin iniedu t-tielet edizzjoni tal-Festival għall-Korijiet Parrokkjali. Da se jsir nhar l-Erbgħa 10, il-Ħamis 11 u l-Ġimgħa 12 ta’ Novembru. Din is-sena l-Festival se jinżamm fil-Knisja Parrokkjali ta’ Raħal Ġdid bħala parti mill-festi ċentinarji tal-Parroċċa.
F’din it-tielet edizzjoni se jipparteċipaw korijiet parrokkjali minn dawn l-ibliet u rħula: Gwardamanġa, Ħal Safi, Ħaż-Żabbar, Marsaxlokk, Mosta, Raħal Ġdid, San Bastjan, Ħal Qormi, San Ġiljan u Żurrieq… Read more »










