NATIONAL CATECHETICAL CONGRESS ‘OPENING THE MAP’
08/11/2010Bejn il-11 u 13 ta’ Novembru, 2010, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), B’Kara, is-Segretarjat għall-Katekeżi qiegħed jorganizza l-Kungress Kateketiku Nazzjonali bit-tema ‘Niftħu l-Mappa’. Dan il-Kungress se joffri l-opportunita’ biex dawk responsabbli minn dan il-qasam hekk importanti, jiżnu u jixtarru l-operat tal-Knisja fir-rigward tal-katekeżi. Il-mistoqsija li se ssir riflessjoni dwarha matul dan il-kungress hi ‘kemm il-katekeżi qed twassal biex finalment twelled dixxippli ġodda għall-Mulej?’ Minn dan jiddependi kemm il-ħidma preżenti qed twassal għall-bini tal-Knisja li tista’ tkun tassew sinjal u strument tal-imħabba infinita tal-Mulej għall-bniedem… Read more »











