IL-GENSILLUM VISITS PRIESTS LIVING IN ‘DAR TAL-KLERU’
27/12/2010Eks-għalliema, studjuż tal-Iskrittura, eks-kappillan tal-Isptar San Luqa, missjunarju Sależjan. Ilkoll saċerdoti, illum ta’ ċerta età, miġbura fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara, mogħtija kull kura u mħabba mill-Qaddejja taċ-Ċenaklu, li jieħdu ħsiebhom daqslikieku kienu wliedhom. Mort niltaqa’ ma’ xi wħud minnhom. Taw ħajjithom lill-oħrajn, jaħdmu fil-parroċċi ta’ Malta u f’istituzzjonijiet oħra tal-Knisja.
L-aktar anzjan minnhom hu l-Kan George Sciriha, fi żmienu għalliem bil-mustaċċi tal-lingwa Taljana. B’passjoni u mħabba tixgħel għal dak kollu li hi beltu l-Isla, fejn bħala saċerdot ta servizz tista’ tgħid tul ħajtu kollha… Read more »










