‘OHLOQ TBISSIMA’
16/06/2011Id-disa’ edizzjoni tal-maratona “Oħloq Tbissima” din is-sena se tkun organizzata bejn it-8 u l-10 ta’ Lulju 2011. “Oħloq Tbissima” għandha l-għan uniku li tqajjem kuxjenza missjunarja u tiġbor fondi b’risq il-ħidma li s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) għandha fil-Perù, fil-Pakistan, fil-Filippini u anki hawn Malta fid-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera.
Kelliem għall-MSSP qal lil IL-ĠENSillum online li fil-Perù, is-saċerdoti missjunarji jieħdu ħsieb diversi parroċċi, fejn minbarra x-xogħol pastorali u spiritwali, huma jagħtu għajnuniet bażiċi bħal ikel u ħwejjeġ… Read more »











