PAUL AND PROSPERO
11/02/2012Għadna kemm iċċelebrajna l-festa tan-nawfraġju ta’ San Pawl, jum it-tifkira tal-magħmudija ta’ Malta. Kif din it-tifkira għadha friska, daqstant ieħor għadha friska l-Ordinazzjoni Episkopali tal-Agostinjan Malti, Patri Prospero Grech, li l-ġimgħa d-dieħla jinħatar Kardinal mill-Papa Benedittu XVI.
Żewġ okkażjonijiet li meta jitwaħħdu, jidhrilna li tkun ferm f’lokha riflessjoni dwar il-fidi tagħna l-Maltin bħala poplu, speċjalment quddiem l-isfidi li tpoġġi quddiemna d-dinja tal-lum.
Quddiemna l-kliem tal-Patri Kapuċċin Martin Mamo waqt il-paniġierku li niseġ fil-quddiesa pontifikali fil-knisja ta’ San Pawl Nawfraġu l-Belt ilbieraħ: “Jeħtieġ li nagħrblu u nifhmu verament x’inhi l-fidi tal-lum, waqt li nħallu lil Kristu jagħtina l-formazzjoni tal-qalb”… Read more »