Applications for some vacant places in Church Schools
17/07/2014-
Ser jintlaqgħu applikazzjonijiet għal sitt postijiet għas-subien fis-sitt sena primarja f’xi skejjel tal-Knisja. L-applikazzjonijiet isiru nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Lulju 2014, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, bejn id-9.00a.m. u nofsinhar.
Matul ix-xhur li għaddew ġew irreġistrati l-istudenti subien li applikaw għad-dħul fis-sitt sena. Xi wħud minnhom kienu fi skola tal-Knisja u għażlu skola tal-Knisja oħra. Minn dan il-proċess irriżulta li baqa’ dawn il-postijiet vakanti f’dawn l-iskejjel: St Francis Msida (3 postijiet) u Teresa Nuzzo Marsa (3 postijiet)…














