Two Adjunct Judicial Vicars for the Ecclesiastical Tribunals
13/09/2016- L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Mons. Lino Grech bħala Vigarju Ġudizzjali Aġġunt tat‑Tribunal Reġjonali tat‑Tieni Istanza, u lil Dun Brendan Gatt bħala Vigarju Ġudizzjali Aġġunt tat‑Tribunal Ekkleżjastiku tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta (l‑Ewwel Istanza).
- Mons. Lino Grech twieled fid‑9 ta’ Lulju 1945. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja għand is‑sorijiet Agostinjani u l‑Iskola tal‑Gvern fil‑Mosta, u l‑edukazzjoni sekondarja fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Fl‑1961 daħal is‑Seminarju Maġġuri fejn studja l‑letteratura, il‑filosofija u t‑teoloġija…