• Il-Papa Emeritu Benedittu XVI ġie ppreżentat kopja tal-ktieb “L-Aħħar Taħdit”, ktieb-intervista dwar Benedittu XVI, li ġie tradott għall-Malti u ppubblikat f’April li għadda.
     
    Il-ktieb ingħatalu waqt udjenza privata fil-Ġonna tal-Vatikan, minn Alessandra Dee Crespo, li għaddietlu wkoll diversi rigali u ittri mingħand diversi nies, anki barranin, fosthom rigal u nota miktuba mingħand l-Arċisqof Charles J. Scicluna.
     
    Il-lingwa oriġinali tal-ktieb hi l-Ġermaniz u nkiteb mill-awtur u ġurnalist Peter Seewald. Il-Kanonku Dun Joseph Debono ħa ħsieb it-traduzzjoni Maltija.