Walk Cycle Run in aid of Id-Dar tal-Providenza
It-tielet edizzjoni ser issir il-Ħadd li ġej
10/10/2016-
Se tigi organizzata it-tielet edizzjoni tal-Walk Cycle Run b’risq id-Dar tal-Providenza. L-isfida, organizzata mill-Grupp Żgħażagħ Gudja bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity, se ssir il-Ħadd 16 ta’ Ottubru fid-9:15 a.m. Il-mixja se titlaq mill-Pjazza tas-Siġġiewi, b’ġirja li titlaq mill-Pjazza taż-Żurrieq filwaqt li r-roti se jitilqu mill-Pjazza tal-Imdina. Id-dilettanti tal-muturi se jiltaqghu f’Misraħ ir-Rebħa, il-Birgu biex fl-10:00 ta’ filgħodu jitilqu lejn id-Dar tal-Providenza.
Se jkun hemm trasport lura lejn is-Siġġiewi u ż-Żurrieq, filwaqt li kull parteċipant se jingħata ċertifikat u t-shirt…