Diocesan Assembly 2016 and the closing of the Jubilee of Mercy on the Feast of Christ the King
17/11/2016-
Il‑Knisja f’Malta ser tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana nhar il‑Ġimgħa 18 u s‑Sibt 19 ta’ Novembru 2016, fil‑Katekumenju, il‑Mosta.
Il‑laqgħa annwali ser tiffoka fuq il‑konverżjoni għall-pastorali tal‑ħniena, li l-Papa Franġisku tant qed jisħaq fuqha. Il‑Ġimgħa filgħaxija, Fr Kevin Schembri u Dr Anna Vella ser jagħmlu preżentazzjoni ta’ din it-tema. Is‑Sibt filgħodu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jispjega l‑viżjoni tiegħu għall‑Knisja f’Malta dwar it-tema tal-konverżjoni għall-pastorali tal-ħniena…