Archbishop Scicluna invited to preside over St Liborius’ feast celebrations in Germany
28/07/2017-
L-Arċisqof Charles J. Scicluna kien mistieden biex jippresiedi ċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Liborju, il-qaddis patrun tal-Arċidjoċesi ta’ Paderborn, il-Ġermanja, bejn is-Sibt 22 u l-Erbgħa 26 ta’ Lulju 2017.
Għal din il-festa ġew mistiedna madwar 20 isqfijiet u kardinali minn 14-il pajjiż. Din kienet l-ewwel darba li l-Arċisqof Scicluna ħa sehem f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.
Il-Ħadd, 23 ta’ Lulju, l-Arċisqof tal-Arċidjoċesi ta’ Paderborn, Hans-Josef Becker, iċċelebra quddiesa pontifikali flimkien mal-isqfijiet u kardinali mistiedna u wara saret purċissjoni mat-toroq tal-belt, bir-relikwi ta’ San Liborju…














