Pilgrimage in Msida with the titular painting of St Joseph
18/05/2017-
Biex jitfakkru l-150 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Imsida, nhar id-19 ta’ kull xahar, il-parroċċa qed togranizza attività marbuta mal-qaddis patrun tagħha San Ġużepp.
Filfatt, għada l-Ġimgħa, 19 ta’ Mejju 2017, se jsir pellegrinaġġ bl-inkwatru titulari ta’ San Ġużepp b’Ġesù maġenbu. Dan hu l-istess inkwatru li normalment jintrama wara l-artal maġġur fil-knisja.
Il-pellegrinaġġ se jibda b’quddiesa fis-6pm, li se tkun iċċelebrata mill-provinċjal tal-Franġiskani Minuri Patri Richard Grech, bis-sehem tal-orkestra u l-kor tat-tfal Shalom…














