L-Orizzont continues to disseminate false accusations about the Church
21/01/2017-
Il‑Kurja tal‑Arċisqof tesprimi d‑diżappunt tagħha għall‑attakki inġusti bbażati fuq akkużi foloz li ‘l‑Orizzont’, il‑ġurnal tal‑General Workers Union, qiegħed jippersisti bihom fil‑konfront tal‑Arċisqof u tal‑Knisja f’Malta. Dawn l‑attakki huma bbażati fuq allegazzjonijiet foloz. Fost dawn, fil‑ġurnal ‘l‑Orizzont’ tal‑bieraħ u tal‑lum, kien hemm allegazzjoni għal kollox mhux vera dwar impjegata fl‑Ufficcju Missjunarju. Dan l‑Uffiċċju, li ma jiffurmax parti mill‑Kurja iżda minn organizzazzjoni internazzjonali li hija awtonoma u li taqa’ direttament taħt il‑Papa, se jkun qed jieħu passi legali fil‑konfront tal‑ġurnal…