Seminar about Meditation in Schools
24/11/2016-
Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Novembru 2016, ittella’ seminar dwar il-meditazzjoni fl-iskejjel li għalih attendew madwar 110 għalliem, chaplains u membri tac-chaplaincy teams minn 50 skola tal-Knisja, tal-Istat u Indipendenti. Is-seminar sar f’Mount St Joseph, il-Mosta. Dan is-seminar sar wara l-esperjenzi li membri tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni kellhom fl-iskejjel bil-Prayer Spaces in Schools, l-‘Ispiritual Development in Schools Unit’ tas-Segretarjat.
Is-Sur Tonio Caruana SDC, għalliem fl-iskola St Michael’s, qasam ma’ dawk preżenti l-esperjenza tiegħu u t-teknika kif tagħmel il-meditazzjoni skont it-tradizzjoni Benedittina, u kif twassal it-tfal biex jimmeditaw…