The Archbishop visits the friars at the Church of Ta’ Ġieżu in Rabat after ceiling collapses – he thanked God that no one was injured
23/08/2017-
Dalgħodu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-patrijiet Franġiskani Minuri fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), ir-Rabat, wara li matul il-lejl li għadda sfronda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal maġġuri. Mons. Arċisqof, filwaqt li esprima d-dieqa tiegħu quddiem il-ħsara li saret, irringrazzja lil Alla li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident, u rringrazzja wkoll lill-Gvern ta’ Malta talli offra l-għajnuna biex isiru x-xogħlijiet ta’ tiswija fuq il-Knisja kemm jista’ jkun malajr…