New attraction at the Archbishop’s Palace for Notte Bianca 2018
05/10/2018-
Wara proġett ta’ restawr u konservazzjoni, il‑pittura tal‑Isqof Pawlu Alpheran de Bussan tal‑artist Francesco Zahra tinsab lura fil‑Palazz tal‑Arċisqof, il‑Belt Valletta. Il‑kwadru, li reġa’ sab postu fis‑Sala tat‑Tron, jista’ jiġi apprezzat mill‑pubbliku nhar is‑Sibt li ġej, 6 ta’ Ottubru, waqt is‑serata tan‑Notte Bianca.
L‑istudji u x‑xogħol ta’ restawr u konservazzjoni saru bejn Awwissu u Diċembru 2017 mid‑ditta Atelier del Restauro, taħt it‑tmexxija ta’ Valentina Lupo u Maria Grazia Zenzani…














