Members of the Secretariat for Catholic Education meet with the President of Malta
19/12/2017-
“Intom l-istilla ta’ dan il-pajjiż. F’soċjetà fejn tirrenja l-inċertezza, jien nammira minn qalbi x-xogħol kbir li intom tagħmlu biex tgħinu lil tant studenti u familji fil-bżonn.” Dan kien il-qofol tal-messaġġ li l-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, għaddiet lill-membri kollha tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, fil-Kappella Russa ġewwa l-Palazz ta’ San Anton fl-okkażjoni tal-Milied.
Din hi t-tielet sena li l-membri kollha tas-Segretarjat inġabru fil-Palazz biex fimkien jagħtu l-awguri u jiċċelebraw il-festa tal-Milied…