The mission of the priest: to make the world holy – Archbishop Cremona on the 50th anniversary of his Presbyteral Ordination
Quddiesa f'għeluq il-50 sena mill-ordinazzjoni presbiterali ta' Mons. Pawlu Cremona u Mons. George Frendo
25/03/2019-
- L-omelija tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona
-
Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
24 ta’ Marzu 2019Darba Santu Wistin spjega lilu nnifsu bħala isqof, imma jien sa napplikaha anke għall-presbiterat, is-saċerdozju ministerjali. ‘Jiena magħkom jien Nisrani, għalikom jiena ragħaj’. F’din il-ġurnata nixtieq nirringrazzja lil Alla għax flimkien magħkom jien Nisrani imma mbagħad nirringrazzjah għaliex tani grazzja kbira li nkun nista’ nservi u naqdi lill-poplu tiegħu…