Augustinian sisters inaugurate new centre for youths
10/05/2019-
Għal diversi snin, is-sorijiet Agostinjani, li għandhom f’idejhom il-formazzjoni ta’ tant tfal u adolexxenti, ħassew il-bżonn ta’ post li jilqa’ lit-tfajliet li jkunu spiċċaw mill-iskejjel tagħhom. Post li t-tfajliet jistgħu jqisuh bħala tagħhom, iħossuhom komdi fih u jservi ta’ spazju fejn jibqgħu jirċievu formazzjoni wara s-snin tal-iskola.
Kien proprju fis-sena li għaddiet li l-Madre Provinċjali, Sr Rachel Frendo, ispirata mill-ħerqa u l-imħabba tal-Papa Franġisku lejn iż-żgħażagħ, ipproponiet li l-basement tal-kunvent tal-Gżira jinbidel f’ċentru għalihom. Il-komunità tal-Gżira laqgħet din il-proposta b’ottimiżmu kbir, u minn dakinhar il-proġett sar wieħed mill-prijoritajiet tal-Madre Provinċjali…