Cleanup in St Thomas Bay by the Diocesan Commission for Children
27/08/2019-
It-Tnejn 26 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni Djoċesana Tfal organizzat attività ta’ tindif ħdejn il-baħar. Madwar 20 tifel u tifla, flimkien mal-mexxejja tagħhom, inġabru waranofsinhar fil-Bajja ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn.
Hemmhekk ġabru skart li kien mormi fir-ramel tal-bajja, fuq il-blat ta’ biswit, u fit-triq ta’ maġenbha. Wara din l-attività, il-membri tal-kummissjoni u dawk kollha preżenti niżlu jgħumu f’ambjent iktar nadif milli sabuħ…