This Tuesday: Mass on the occasion of the World Day of the Sick
08/02/2020 St Theresa Sanctuary, BirkirkaraNhar it-Tlieta 11 ta’ Frar 2020, madwar id-dinja ser jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Morda, li twaqqaf minn San Ġwanni Pawlu II 28 sena ilu. Kull 11 ta’ Frar titfakkar ukoll l-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes.
Jum il-Morda ser jiġi ċċelebrat b’Quddiesa fis-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara. Il-Quddiesa ser tibda fl-10am u ser titmexxa mill-Isqof Awżiljerju Joseph Galea-Curmi. Jikkonċelebra Dun Joseph Mizzi, il-kappillan tal-għaqda djoċesana għat-trasport tal-morda f’Lourdes (UMTAL) u s-saċerdoti kollha li jaħdmu fl-isptarijiet u l-homes… Read more »