The Environment Commission on the 2020 Budget
Ittra mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent lill-Ministru tal-Finanzi bi proposti għall-Baġit 2020
11/10/2019-
Għażiż Prof. Scicluna,
Proposta Baġit 2020: Studju Nazzjonali dwar il-propjetà
Bħalma għamlet fis-snin li għaddew, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) qiegħda għal darb’oħra tistieden lill-Gvern biex iniedi studju nazzjonali dwar il-propjetà. Sal-lum il-KA għadha ma tistax tifhem għalfejn il-Gvern qed iżomm lura milli jagħmel dan. Din hija r-raba’ sena li l-KA qed tħeġġeġ lill-Gvern biex jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu u jniedi tali studju li jkollu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-istakeholders kollha fit-tfassil tat-terms of reference…