Students’ garden plans for people with dementia at Casa Leone
24/07/2019-
Għadd ta’ studenti mill-Fakultà tal-Ambjent Mibni mill-Università ta’ Malta ppreżentaw diversi proposti biex isir ġnien għall-pazjenti bid-dimensja fid-dar tal-anzjani tal-Knisja ‘Casa Leone’ f’San Ġiljan. L-għan tal-proġett kien li l-istudenti jidentifikaw il-ħtiġijiet tal-anzjani u kif l-ispazji miftuħa jistgħu jtejbu l-ħajja tal-individwu fil-qasam tas-saħħa mentali u d-dimensja. Dawn il-proposti saru taħt is-supervizjoni tal-Perit Alexia Mercieca bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat tad-Djar tal-Knisja għall-Anzjani.
Fil-messaġġ tiegħu waqt il-preżentazzjoni, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi qal li l-persuni li jbatu bid-dimensja jistħoqqilhom kull imħabba u rispett daqs kull bniedem ieħor…