Nhar il-Ħamis 9 ta’ Jannar ser issir quddiesa praesente cadavere b’suffraġju għall-Kardinal Prospero Grech, ippreseduta mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Flimkien mal‑Arċisqof ser jikkonċelebraw l‑Arċisqof Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta; l‑Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku tad‑Djoċesi ta’ Għawdex; l‑Isqof Joseph Galea‑Curmi; u l‑Isqof Pawlu Darmanin, Isqof Emeritu tad‑Djoċesi ta’ Garissa, il-Kenja. Il-quddiesa tibda fis‑2pm.