The 2019 Diocesan Assembly: The first session
Presentation of the working document ‘One Church, One Journey – A process of ecclesial discernment 2020‑2023’
21/11/2019 Iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, BirkirkaraAra siltiet mill-Assemblea Djoċesana
Il-Ħamis 21 ta’ Novembru 2019, ingħata bidu għall-Assemblea Djoċesana 2019. Matulha ġie ppreżentat il‑working document tal‑Pjan Pastorali għall‑Arċidjoċesi ta’ Malta għall-erba’ snin li ġejjin (2020-2023), mid‑Delegat Episkopali għall‑Evanġelizzazzjoni, Dr Nadia Delicata.
Dan il‑working document bit‑tema ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed – Proċess ta’ Dixxerniment Ekkleżjali 2020‑2023’, huwa ispirat mir-rakkont tad-dixxipli ta’ Emmaws (Lk 24:13-35). Inkiteb wara konsultazzjoni wiesgħa li saret matul dawn l‑aħħar xhur ma’ għadd ta’ persuni involuti f’diversi ħidmiet tal‑Knisja u tas-soċjetà Maltija… Read more »