New postulator for the cause of beatification and canonisation of Henry and Inez Casolani
14/04/2021L-Arċisqof Charles Jude Scicluna approva l-ħatra ta’ Patri Josef Sciberras bħala l-postulatur għall-kawża ta’ beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni tal-koppja Henry u Inez Casolani.
Patri Josef Sciberras twieled tal-Pietà fl-1975, u huwa mill-Fgura. Fl-1992 daħal fil-komunità Agostinjana, fejn wara is-sena tan-novizzjat għamel l-ewwel professjoni tal-voti reliġjużi. Fl-1999 għamel il-professjoni solenni u rċieva l-ordinazzjoni presbiterali fil-Ġublew tas-sena 2000. Diversi huma l-ħidmiet li eżerċita fil-Provinċja Agostinjana ta’ Malta: Pirjol tal-kunvent tar-Rabat u Surmast tal-Formazzjoni tal-kandidati għal-ħajja reliġjuża Agostinjana, Segretarju u Arkivista Provinċjali, delegat provinċjali għall-patrimonju kulturali agostinjan, responsabbli mit-traduzzjoni tal-liturġija Agostinjana fl-ilsien Malti… Read more »