Church Schools welcome back all students and educators
Beginning of scholastic year 2021-2022
28/09/2021Madwar 17,000 student u 3,000 edukatur qed jerġgħu lura fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika l-ġdida. Il-55 skola tal-Knisja f’Malta u Għawdex f’dawn il-jiem qed jilqgħu fiżikament lill‑istudenti u l‑edukaturi kollha f’konformità mal‑linji gwida tal‑pandemija. Dan seta’ jsir bil‑ħidma li saret mill‑iskejjel u li kompliet matul ix‑xhur tas‑sajf, kif ukoll bil‑għajnuna finanzjarja mill‑Istat.
Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija qal li minkejja l‑isfidi li ġabet magħha l‑pandemija, fosthom fil‑qasam edukattiv, l‑iskejjel tal‑Knisja qed iħarsu b’ottimiżmu lejn din is‑sena skolastika għaliex tfisser ritorn gradwali lejn normalità ġdida għall-istudenti u l-edukaturi… Read more »