New Parish Priests’ Council 2022-2024
03/02/2022(xellug) Dun Louis Suban, Dun Andew Schembri, Dun Mario Mangion, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, Dun Bastjan Caruana, Dun Reuben Micallef u Patri Renald Lofreda
Il-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Knisja f’Malta ħatar Kunsill ġdid għas-snin 2022 – 2024 fil-laqgħa tal-Kulleġġ tat-2 ta’ Frar 2022. Il-Kunsill tal-Kappillani hu magħmul minn seba’ membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani. Il-Kulleġġ hu magħmul mis-70 kappillan tal-parroċċi f’Malta.
Il-membri tal-Kunsill il-ġdid huma: Dun Mario Mangion, l-Arċipriet ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, li reġa’ nħatar President; Dun Reuben Micallef, il-Kappillan ta’ Pembroke; Dun Bastjan Caruana, l-Arċipriet tal-Mosta; Louis Suban, il-Prespostu ta’ Birkirkara; Dun Andrew Schembri, il-Kappillan ta’ Ħal Għaxaq; Dun George Schembri, il-Kappillan tal-Imġarr; u Patri Renald Lofreda O.Carm, il-Kappillan tal-Balluta… Read more »